Films Ewropej

Fit-28 ta’ Frar, id-9 u l-14 ta’ Marzu, iċ-Ċentru ta’ Informazzjoni Europe Direct Valletta, immexxi mill-MEUSAC organizza attività li fiha ntwerew films marbuta mal-valuri Ewropej.

 

Qabel kull film, ‘Styx’, ‘Woman at War’ u ‘The Other Side of Everything’, dawk li attendew ngħataw spjega tal-kampanja ‘diddarbasenivvota.eu’ li twassal għall-Elezzjonijiet Ewropej 2019.

Il-films intwerew bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew f’Malta u l-Fondazzjoni Spazju Kreattiv, fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta.  Europe Direct Valletta u l-MEUSAC taw ukoll informazzjoni u qassmu materjal marbut mal-Parlament Ewropew u l-kampanja ‘diddarbasenivvota.eu’.