L-UE u l-Politika Kummerċjali Internazzjonali tagħha – Diskussjoni Pubblika mal-Professur Richard W.T. Pomfret

L-EDIC University u l-Istitut tal-Istudji Ewropej ospitaw lill-Professur Richard W.T. Pomfret (mill-Università ta' Adelaide, fl-Awstralja) għad-diskors pubbliku dwar L-UE u l-Politika tal-Kummerċ Internazzjonali tagħha.

Id-diskors sar f'Dar l-Ewropa fil-Belt Valletta, nhar it-Tlieta 26 ta' Marzu 2019 fil-17:30.

Il-pubbliku inġenerali kien mistieden jattendi u dan kellu ċ-ċans jesprimi l-opinjoni tiegħu u jsaqsi mistoqsijiet.