Laqgħa għall-voluntiera

Fil-15 ta’ Marzu 2019, l-EPLO Valletta organizza laqgħa għall-voluntiera marbuta mal-kampanja elettorali għall-Elezzjonijiet Ewropej.

 

Fil-laqgħa l-voluntiera ngħataw ħarsa ġenerali dwar kif jaħdem il-Parlament Ewropew (PE), u ġew imħarrġa dwar kif għandhom iwieġbu għall-mistoqsijiet li jsirulhom dwar, fost l-oħrajn, għaliex wieħed għandu jivvota, kif il-PE jirrappreżenta liċ-ċittadini, dwar il-proċess tal-iSpitzenkandidaten, eċċ.

 

Ġiet diskussa wkoll il-fażi Go To Vote, kif wieħed jivvota f’Malta, il-votazzjoni ġimgħa qabel l-elezzjonijiet, l-iskadenzi għar-reġistrazzjoni, eċċ.

 

L-aħħar parti tal-laqgħa kienet iddedikata għal diskussjoni dwar azzjonijiet prattiċi li jistgħu jittieħdu minn issa ‘l quddiem. Dawn kienu jinkludu inizjattivi biex jinħoloq kuntatt biex isiru dibattiti fl-Università, u kuntatti ma’ NGOs u organizzazzjonijiet, kif ukoll dwar azzjonijiet f’diversi reġjuni ta’ Malta u Għawdex minn voluntiera bl-idea li jżidu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-elezzjonijiet Ewropej.