Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata

Jekk inti missier jew omm li taħdem, u tixtieq aktar bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tiegħek,

Jekk inti għandek xi qraba dipendenti jew morda serjament,

Tajjeb tkun taf li f’Jannar ta’ din is-sena intlaħaq ftehim fl-Ewropa dwar regoli ġodda biex il-ġenituri u l-indokraturi jkunu jistgħu jirrikonċiljaw aħjar ix-xogħol u l-ħajja privata tagħhom.

Dan u aktar se jkun diskuss mal-MPE Casa (PPE, MT) f’sessjoni t’informazzjoni pubblika organizzata mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Frar 2019 fl-18:00.

Se jkollna wkoll l-opportunita` li nitkellmu dwar l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin, dwar il-kampanja diddarbasenivvota.eu u se tkun ukoll opportunita` biex niltaqgħu mal-volontiera l-oħra li qed jaħdmu wkoll biex imexxu din il-kampanja ‘l quddiem.

Għalkemm id-dibattitu se jkun bil-Malti, jistgħu jsiru wkoll intervenzjonijiet bl-Ingliż. Ikun hemm riċeviment żgħir fi tmiem id-diskussjoni.

Meta

-

Fejn

Europe House
254 St Paul St
Valletta VLT1215
Malta

Se tiġi?