Inwaqqfu l-Użu tal-Plastik ta' Darba

 

Għall-darb'oħra ser inkunu qed niddiskutu l-ambjent imma din id-darba fuq l-użu tal-plastik ta' darba.

 

Fost dawn il-prodotti hemm il-pożati, il-blanzuni tal-qoton, l-istraws, il-ħawwada, u ċerti prodotti tal-ippakkjar. Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew inkludiet ukoll miżuri biex jitnaqqas l-iskart mill-prodotti tat-tabakk, partikularment il-filtri kif ukoll dak mit-tagħmir tas-sajd.

 

Jekk l-ambjent huwa suġġett għal qalbek ejja ngħaqad magħna f'sessjoni ta’ informazzjoni pubblika mal-MPE Roberta Metsola nhar il-Ġimgħa, 8 ta' Frar f'Dar L-Ewropa, fl-10.30 a.m.

 

Ikollna ċ-ċans wkoll nitħaddtu fuq l-elezzjonijiet li ġejjin, fuq il-kampanja tad-darbasenivvota u tkun tista' wkoll tiltaqa' ma' voluntieri oħra li qed jaħdmu sabiex imexxu din il-kampanja 

 

Id-diskussjoni ser tkun bil-Malti u wara ser ikun hemm riċeviment.

 

 

 

Meta

-

Fejn

Europe House
254 St Paul St
Valletta VLT1215
Malta

Se tiġi?