L-Aħħar Żviluppi fit-Tmexxija taż-Żona tal-Ewro

L-Aħħar Żviluppi fit-Tmexxija taż-Żona tal-Ewro

 

X'taħseb dwar l-Ewro? Taħseb li ż-żona tal-ewro hija ta' benefiċċju għall-pajjiżi ewropej?

 

Fil-18 ta’ Jannar, f’Dar l-Ewropa, EPLO Valletta se jilqa’ lill-MPE Alfred Sant dwar l-aħħar żviluppi fit-tmexxija taż-żona tal-ewro.

 

Nitkellmu wkoll dwar l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin u għaliex hu importanti li nivvutaw u nikkonvinċu oħrajn jagħmlu bħalna. Din se tkun okkażjoni biex tgħidilna x’tixtieq li jkun diskuss fil-leġiżlatura li jmiss tal-Parlament Ewropew. Tkun tista’ tiltaqa’ wkoll ma’ voluntiera li diġà kkommettew ruħhom għall-elezzjonijiet li ġejjin.

 

B’hekk niżguraw li l-membri li jiġu eletti fil-Parlament Ewropew jibqgħu jitkellmu GĦALIK fuq dak li jaffettwana lkoll.

 

Meta

-

Fejn

Europe House
254 St Paul St
Valletta VLT1215
Malta

Se tiġi?