X’nista’ nagħmel għal-Ewropa?

Aktar minn tletin ruħ  ingħaqdu mal-uffiċju tal-Parlament f’ Malta f’laqgħa ta’ merħba fit- 30 ta' Ottubru għal dawk kollha li ssieħbu fil-kampanja “Did-darba se nivvota”. Pensjonanti, żgħażagħ, professjonisti, intraprendituri u anke dawk li ħa jivvotaw għall-ewwel darba iddiskutew x’jistgħu jagħmlu konkretament sabiex jitwassal il-messaġġ tal-importanza tal-vot u l-parteċipazzjoni tan-nies fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2019.

 

Il-parteċipanti iddiskutew l-importanza li l-Ewropa” tmur tiltaqa’ man-nies billi per eżempju jsiru laqgħat fil-pjazez Maltin  u avvenimenti organizzati ma' NGOs u mal-kunsilli lokali.

 

Riżultat konkret ta’ din il-laqgħa kienu sensiela ta’ kuntatti li saru ma’ skejjel u nies magħrufa u influwenti minn dawk li kienu preżenti. Dan wassal biex numru minn dawn aċċettaw li jaħdmu direttament sabiex ixerrdu l-kelma u jqajmu kuxjenza tal-importanza tal-vot bħala voluntiera.

 

Inħoloq ukoll Facebook group għal dawk li huma interessati jkomplu din id-diskussjoni u biex jitkomplew jiġu organizzati dawn it-tip ta’ inizjattivi mill-voluntiera stess